Archives

It-tim nazzjonali lura f’Malta

Published: 12-10-2015 11:30
image1 (102)
 Mark Attard, Media Officer It-tim nazzjonali Malti reġa’ lura f’pajjiżna kmieni dalgħodu għal ħabta tan-12.30am wara vjaġġ min-Norveġja li ħa aktar minn tmien sigħat, peress li l-kontinġent sħiġ kellu waqfa f’Heathrow, f’Londra. Dalgħodu t-tim nazzjonali kellu laqgħa mal-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin fejn fiha spjega u ta aktar struzzjonijiet lill-plejers tiegħu fuq il-partita ta’ għada kontra l-Kroazja. Fl-4.00pm, it-tim nazzjonali, jitlaq lejn l-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, fejn fl-4.30pm issir il-konferenza stampa ta’ ġurnata qabel il-partita u fil-5.00pm isir it-taħriġ uffiċjali. It-tim nazzjonali jerġa’ jitħarreġ ħafif għada fl-10.00am fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun, qabel il-partita ta’ filgħaxija. Malta vs Kroazja tintlagħab fid-8.45pm u tixxandar diretta fuq TVM 2.