Malta Football Association
NEWS:
Isir it-taħriġ uffiċjali ta' Malta
Oct 12, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

Illum fil-5.00pm, sar it-taħriġ uffiċjali tat-tim nazzjonali Malti, fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali, fejn l-ewwel 15-il minuta tiegħu kienet miftuħa għall-media.

 

Din is-sessjoni kienet ibbażata l-aktar fuq tattika u teknika u l-plejers Maltin kellhom l-aktar mill-ħin jilagħbu partita ta' ħbiberija bejniethom.

 

Għadu mhux magħruf jekk il-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin hux se jibda bl-istess formazzjoni li beda biha kontra n-Norveġja jew jekk hux se jkun hemm xi tibdil żgħir.

 

Il-kontinġent Malti reġa' lura fil-lukanda fejn jinsab alloġġjat għal ħabta tas-7.00pm fejn l-ikla saret għal ħabta tas-7.30pm u l-plejers daħlu kmieni jistrieħu u jorqdu fil-kmamar tagħhom.

 

Għada ssir l-aħħar sessjoni ta' taħriġ fl-10.00am b'bibien magħluqa fil-Victor Tedesco Stadium.

 

Il-partita bejn Malta u l-Kroazja tintlagħab fid-8.45pm

 

Il-pubbliku huwa mheggeg sabiex jattendi u jaghti l-appogg shih tieghu lit-Tim Nazzjonali Malti..


Official Sponsors
Commercial Partners