Malta Football Association
NEWS:
ĦRUĠ TA' GOAL CARDS GĦAT-TFAL FIS-SOUTH STAND
Jun 23, 2012
Posted in:
General
Fanzone

Il-Malta Football Association tixtieq tavża lill-pubbliku illi wara diskussjonijijet li kien hemm dwar proposta imressqa mil-Grupp South End Core, għall-benefiċċju ta' dawk l-individwi li jippreferu jsegwu l-logħbiet tat-Tim Nazzjonali Malti mis-South Stand, issa ser ikun ukoll il-possibilta' li jinxtraw GOAL CARDS tat-tfal taħt it-12 il-sena għal dan is-settur ta' l-Istejdjum Nazzjonali. 




Il-Prezz ta' din il-GOAL CARD tat-tfal ser ikun bħal dak applikabbli għan-North Stand. Jiġifieri ta' €15.

Bħal fil-każ tal-GOAL CARDS l-oħra kollha, wieħed jista jixtri din il-kard billi jżur il-website www.mfa.com.mt jew imur personalment fl-uffiċċju ta' l-MFA, fil-Millennium Stand ġewwa Ta' Qali. (Ħinijiet tal-ftuh mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9am u s-7pm).

l-MFA tfakkar illi l-iskema tal-GOAL CARD tibqa tgħodd sal-31 ta' Lulju 2012, jew sakemm jispiċċa l-istokk.

l-MFA tħeġġeġ lil dawk interessati sabiex jaħsbu kmieni ħalli ma joħorġux diżappuntati.

 

ixtri l-Goal Card MINN HAWN

Official Sponsors
Commercial Partners