Archives

Jirritorna l-Kampjonat BOV Premier

Published: 10-09-2014 12:30
image1 (102)
Il-Kampjonat BOV Premier jirritorna fi tmiem il-ġimgħa li ġejja wara l-waqfa li kellna minħabba l-impenji tat-timijiet nazzjonali tal-kbar u ta’ taħt il-21 sena, kontra l-Kroazja u t-Turkija rispettivament. Is-Sibt 13 ta’ Settembru jkollna erba’ partiti; tnejn fl-Istadium Nazzjonali u tnejn fil-Victor Tedesco Stadium. F’Ta’ Qali, fl-4.00pm, jilagħbu Pieta’ Hotspurs kontra Floriana u warajha fis-6.00pm tintlagħab id-derby bejn Naxxar Lions FC u Mosta FC. Fl-istess ħin fil-Ħamrun jintlagħbu Sliema Wanderers FC kontra Qormi FC u fis-6.15pm tintlagħab Balzan FC kontra Birkirkara FC. Il-Ħadd, fl-Istadium Nazzjonali, fl-4.00pm tintlagħab Zebbug Rangers FC kontra Tarxien Rainbows FC, partita li se tixxandar diretta fuq TVM 2. Fis-6.00pm, tintlagħab Valletta FC kontra Hibernians FC, partita li tixxandar diretta fuq Melita Stars. Intant, il-Malta Football Association, ħarġet ukoll l-allokazzjonijiet tal-istands għall-ispettaturi għall-partiti tal-Kampjonat BOV Premier u l-Ewwel Diviżjoni. BOV PREMIER LEAGUE   SATURDAY 13TH SEPTEMBER 2014WEST AFLORIANA & MOSTANATIONAL STADIUMWEST CPIETA H & NAXXAR L   SATURDAY 13TH SEPTEMBER 2014SIDE AQORMI & BIRKIRKARAVICTOR TEDESCO STADIUMSIDE CSLIEMA W & BALZAN   SUNDAY 14TH SEPTEMBER 2014WEST AZEBBUG R & HIBERNIANSNATIONAL STADIUMWEST CTARXIEN R & VALLETTA    BOV FIRST DIVISION LEAGUE   FRIDAY 12TH SEPTEMBER 2014SIDE AST.GEORGE’SLUXOL STADIUMSIDE BMSIDA SJ   SATURDAY 13TH SEPTEMBERSIDE AGZIRA U & FGURA UCENTENARY STADIUMSIDE CVITTORIOSA S  & ST.ANDREWS   SUNDAY 14TH SEPTEMBER 2014SIDE AGUDJA U & LIJA AVICTOR TEDESCO STADIUMSIDE CBIRZEBBUGA SP & ZURRIEQ