Archives

Futbol tan-nisa: Estonja 0 vs Malta 3

Published: 16-10-2015 09:40
image1 (102)
 It-tim nazzjonali Malti tan-nisa, kellu wirja mill-aqwa meta fit-tieni partita ta' ħbiberija tiegħu kontra l-Estonja, irnexxielu jirbaħ bi skor ta' 3-0, b'wirja mill-aqwa li tagħti indikazzjoni li din l-iskwadra tinsab fit-triq it-tajba.  Il-Maltin kienu superjuri f'kull dipartiment u ssieltu għal kull ballun mill-ewwel sad-90 minuta. Deher biċ-ċar li dawn it-tfajliet fit-tim nazzjonali tal-futbol qed ikollhom wirja aqwa minn oħra u ħaġa importanti ħafna hi l-fatt li t-tim mhux isofru mill-ħafna gowls li kien isofri fil-passat. Martina Borg fetħet l-iskor għal Malta fl-24 minuta biex sa tmiem l-ewwel taqsima r-riżultat kien ta' 1-0. Fit-tieni taqsima, it-tim kompla jżid fl-attakki u ċ-ċansijiet ta' skor u rnexxielu jiskurja t-tieni gowl minn Brenda Borg fid-49 minuta. Malta għalqet il-konfront bit-tielet gowl skurjat minn Stephania Farrugia fid-69 minuta. It-tim Malti lagħab b'din il-formazzjoni: Xuereb, Farrugia, Carabott (Theuma 45), Cuschieri, Borg, Sultana (Parnis 70), Sammut (Debono 72), Zammit (Zahra 85), Flask (Said 82), Zammit, Borg (Xuereb 83)