Malta Football Association
NEWS:
Futsal: It-tim nazzjonali Malti jitlaq lejn il-Litwanja
Oct 21, 2015
Posted in:
Ritratt: Joe Borg
Ritratt: Joe Borg

 

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal, ilbieraħ wara nofsinhar, telaq lejn il-Litwanja, fejn hemmhekk se jkun qiegħed jipparteċipa fil-FIFA Futsal Tournament, Rawnd Preliminari, Grupp 3.

 

Fl-istess Grupp ma’ Malta hemm l-Albanija, Franza u l-Litwanja u l-partiti se jintlagħbu kollha fl-S. Darius & S. Girenas Sport Centre.

 

Il-kontinġent Malti ħalla pajjiżna lbieraħ għal ħabta tal-5.30pm, f’titjira lejn Frankfurt, il-Ġermanja fejn minn hemm qabad titjira oħra u wasal fl-ajruport ta’ Vilinius, fil-Litwanja għal ħabta ta’ nofsillejl.

 

Malta tilgħab l-ewwel partita għada l-Ħamis fit-3.30pm ħin lokali kontra Franza, il-Ġimgħa fis-7.00pm ħin lokali kontra l-Litwanja u l-Ħadd fil-11.00am ħin lokali, kontra l-Albanija.

 

Illum it-tim nazzjonali jitħarreġ darbtejn, fin-12.30pm u fis-6.00pm. Kemm idum il-Litwanja, it-tim nazzjonali jitħarreġ darbtejn oħra, il-Ġimgħa fl-10.30am u s-Sibt fin-12.30pm.


 

L-iskwadra kollha li sejjaħ il-kowċ Peter Pullicino għal dawn il-partiti ta’ kwalifikazzjoni hi din:

 

Gowlkipers

Adrian Attard (Luxol FC), Karl Balzan (Swieqi FC), Rueben Grech (Luxol FC)

 

Difensuri / Forwards

Matthew Attard (Luxol FC), Karl Azzopardi (Luxol FC), Chris Cardona (Lija FC), Gary Inguanez (Lija FC), Andy Mangion (Hamrun Spartans FC), Dylan Micallef (Swieqi FC), Jovica Miljic (Valletta FC), Dylan Musu (Valletta FC), Xavier Saliba (Valletta FC), Luke Stivala (Lija FC), Mark Zammit (Luxol FC)

Official Sponsors
Commercial Partners