Malta Football Association
NEWS:
Studenti ta' l-MCAST ippreżentati b'Ċertifikat mill-MFA
Jun 26, 2012
Posted in:
Photo courtesy of Dominic Aquilina
Photo courtesy of Dominic Aquilina

  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Joe Borg
  • Photo courtesy of Joe Borg
  • Photo courtesy of Joe Borg
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina
  • Photo courtesy of Dominic Aquilina

Il-Malta Football Association illum irrikonoxxiet numru ta' studenti tal-MCAST għas-sehem tagħhom f'inizzjattiva li l-assoċjazzjoni kienet nehdiet aktar kmieni din is-sena, billi ppreżentatilhom certifikat ta' kreditu għall-ħidma tagħhom.


 

 

Bħala parti mill-istrateġija tagħha sabiex tppromovi aktar il-logħba tal-futbol u sabex tiġġenera aktar interess lejn it-Tim Nazzjonali, fil-bidu ta’ din is-sena l-MFA nehdiet Tours madwar l-Istejdjum Nazzjonali għat-tfal ta’ l-iskejjel.

 

Dawn it-Tours huma mmirati sabiex it-tfal jieħdu esperjenza ta’ kif titmexxa organizzazzjoni li tmexxi l-loghba tal-futbol, biex tinkoraġġixxi aktar l-Edukazzjoni Sportiva , sabiex dawn it-tfal iħossuhom aktar qrib tat-Tim Nazzjonali u anke jkollhom opportunita’ li jippartecipaw f’attivita’ sportiva bħal ma huwa l-futbol.

 

Il-Malta Football Assocaiton flimkien ma’ l-MCAST inghaqdu fuq proġett illi permezz tieghu studenti ta’ l-MCAST li kienu qed jeħdu studju relatat ma’ amministrazzjoni sportiva ingħataw l-opportunita’ li jmexxu sessjonijiet prattiċi bħala parti mill-esperjenza ta’ xogħol li kien jirrekjedi l-istudju taghhom.

 

Illum l-MFA qed tirrikonoxxi s-servizz mogħti lilha minn dawn l-istudenti billi tipprezentalhom ċertifikat illi jfisser kreditu personali rikonoxxut bhala parti mill-istudji tagħhom.

 

Il-Malta Football Association qed tirrikonoxxi wkoll is-sehem u l-interess ta’ dawk l-iskejjel li għarfu l-benefiċċju li dawn it-Tours setgħu jagħtu lill-istudenti tagħhom, billi tippreżentalhom certifikat ta partecipazzjoni flimkien ma tifkira.

 

Dan ir-rikonoxximent ingħata llum waqt attivita' li nżammet għall-okkażjoni ġewwa ċ-ċentru tekniku f'Ta' Qali, fejn il-Viċi President ta' l-MFA is-Sur Alex Manfre' ippreżenta ċ-ċertifikati.

Official Sponsors
Commercial Partners