Malta Football Association
NEWS:
Futsal: Malta 1 vs Litwanja 2
Oct 24, 2015
Posted in:
General
National Team
Futsal Euro Qualifiers

 

Malta sofriet telfa minima ta' 2-1 kontra l-Litwanja fit-tieni partita minn Grupp 3 tal-Gruppi ta' Kwalifikazzjoni tal-FIFA Futsal Tournament. Il-partiti minn dan il-Grupp qegħdin jintlagħbu fil-Litwanja stess.

 

Il-Maltin kellhom bidu mill-aqwa meta wara ħames minuti, marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Milijic. Iżda sitt minuti wara Staradalovas ġab il-gowl tad-draw.

 

Meta kollox kien qed jindika li l-partita se tispiċċa fi draw, il-Litwani skurjaw il-gowl tar-rebħa, ħames minuti mit-tmien, minn Lescius.

 

Illum hi ġurnata ta' mistrieħ għat-timijiet li qed jilagħbu f'dan il-Grupp.

 

Malta tilgħab l-aħħar partita għada fil-11.00am, kontra l-Albanija.


Official Sponsors
Commercial Partners