Archives

FA Trophy: Il-holders Birkirkara FC kontra Kirkop Utd FC

Published: 27-10-2015 13:15
image1 (102)
image2 (33)
 Birkirkara FC, il-holders attwali tal-Malta FA Trophy, ittellgħu biex jilagħbu kontra Kirkop Utd FC, fit-Tielet Rawnd tal-kompetizzjoni. Il-poloz tat-Tielet u r-Raba’Rawnd ittellgħu llum f’nofsimhar fis-sala tal-konferenzi tal-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali. Partita oħra interessanti mit-Tielet Rawnd għandha tkun dik bejn iċ-champions Hibernians FC u Mosta FC, żewġ timijiet tal-Kampjonat BOV Premier u li bejniethom kapaċi jofru sfida eċċitanti. Balzan FC ittellgħu biex jilagħbu kontra Fgura Utd FC mentri Floriana FC ittellgħu biex jilagħbu kontra St. Larence Spurs FC ta’ Għawdex. L-Għawdxin għandu jkollhom partita oħra ta’ prestiġġju fi ġżirithom meta Valletta FC se jżuruhom biex jilagħbu kontra Xewkija Tigers FC. Sliema Wanderers FC, l-aħħar tim li kien seeded għal dawn il-poloz, jilagħbu kontra Vittoriosa FC.   Il-partiti kollha tat-Tielet Rawnd u li jintlagħbu bejn l-1 u t-2 ta’ Diċembru u l-15 u s-16 ta’ Diċembru huma dawn: 1.       Birkirkara FC vs Kirkop Utd FC2.       Mosta FC vs Hibernians FC3.       Balzan FC vs Fgura Utd FC4.       Xewkija Tigers FC vs Valletta FC5.       Floriana FC vs St. Lawrence Spurs FC6.       Vittoriosa FC vs Sliema Wanderers FC7.       Swieqi Utd FC vs St. Andrew’s FC8.       Qormi FC vs Għajnsielem FC9.       Naxxar Lions FC vs Lija Athletic FC10.   Pieta’ Hotspurs FC vs Zejtun C. FC11.   St. Venera L. FC vs Għargħur FC12.   Pembroke A. FC vs San Gwann FC13.   Rabat A. FC vs Melita FC14.   Zabbar St. P. FC vs Gzira Utd FC15.   Zebbug R. FC vs Tarxien R. FC16.   St. George’s FC vs Mqabba FC Eżattament wara, ittellgħu wkoll il-poloz għar-Raba’ Rawnd tal-istess kompetizzjoni. Dawn il-partiti jintlagħbu bejn id-19 u l-20 ta’ Jannar. Il-poloz kienu dawn: Rebbieħ 2 vs Rebbieħ 12Rebbieħ 5 vs Rebbieħ 9Rebbieħ 8 vs Rebbieħ 15Rebbieħ 7 vs Rebbieħ 14Rebbieħ 3vs Rebbieħ 13Rebbieħ 10 vs Rebbieħ 16Rebbieħ 1 vs Rebbieħ 4Rebbieħ 11 vs Rebbieħ 6