Archives

MFA Stadium Tours

Published: 28-10-2015 11:05
image1 (102)
 Bħala parti mill-ħidma ġdida tal-Malta Football Association biex tingħata immaġini aħjar tal-futbol lokali lill-pubbliku sportiv Malti u Għawdxi, qegħdin nintroduċu uffiċjalment, l-‘MFA StadiumTours’, għall-għaqdiet u organizazzjonijiet varji. L-MFA tilqa’ gruppi ta’ kull eta’ minn kull parti tas-soċjeta’ Maltija li jixtiequ jaraw aktar mill-viċin il-proprjeta’ tal-MFA li s’issa qatt ma kellhom iċ-ċans u l-opportunita’ li jkunu fihom, fosthom l-uffiċini, is-swali, id-dressing rooms, u postijiet oħra li jintużaw waqt il-partiti tal-futbol li jsiru f’Malta u li jidhru biss waqt xandira tat-televiżjoni. Permezz ta’ din l-opportunita’, wieħed jasal biex japprezza aktar x’tinvolvi l-amministrazzjoni tal-logħba tal-futbol f’pajjiżna. L-MFA tistiednek tgħaqqad grupp ta’ 20 persuna jew aktar u tiftiehem fuq ġurnata permezz tal-email jew bit-telefon fuq id-dettalji li jidhru hawn taħt. Dan is-servizz jingħata mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9.00am sas-1.00pm. Il-prezz hu ta’ 3 euro kull persuna u b’rikjesta, jista’ jiġi organizzat anki lunch, fir-ristorant tal-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali. Kull individwu li jattendi jingħata tifkira żgħira tal-MFA.  Mark AttardEmail: mark.attard@mfa.com.mtTel: 2338 6281