Malta Football Association
NEWS:
Il-Ħadd: Il-partiti tal-Kampjonat BOV Premier sospiżi
Oct 31, 2015
Posted in:
General
BOV Premier League

 

Il-Malta Football Association tavża li l-partiti mill-Kampjonat BOV Premier li kellhom jintlagħbu llum fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun, ġew sospiżi minħabba l-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-aħħar sigħat.

 

Din il-miżura ttieħdet mill-MFA minħabba kwistjoni ta’ ‘Health and Safety’ hekk kif il-wiċċ tal-Victor Tedesco Stadium imtela’ bl-ilma minn taħtu, bil-konsegwenza li għamel it-tapit perikoluż għall-plejers li kienu se jilagħbu fuqu.

 

Il-partiti l-oħra tal-MFA li kienu skjedati għal-lum se jsiru regolarment u dan minħabba l-fatt li l-wiċċ tal-istadium fejn se jintlagħbu ma fih l-ebda riskju.

 

Iż-żewġ partiti li kellhom jintlagħbu llum se jintlagħbu t-Tlieta 3 ta’ Novembru 2015 fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun. Qormi FC u Tarxien Rainbows FC tibda fis-6.00pm mentri Mosta FC vs Valletta FC tibda fit-8.15pm.

 

L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.


Official Sponsors
Commercial Partners