


Is-Sibt: Il-partiti tal-Kampjonati BOV Premier sospiżi

Il-Malta Football Association tavża li minħabba l-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-aħħar sigħat, il-partiti mill-Kampjonat BOV Premier li kellhom jintlagħbu llum fil-Hibernians Stadium, f’Kordin, tħassru u minflok se jintlagħbu t-Tnejn 2 ta’ Novembru 2015 fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun.
Il-partita bejn Birkirkara FC u Balzan FC tibda fis-6.00pm mentri l-partita bejn Sliema Wanderers FC u Hibernians FC tibda fit-8.15pm.
Il-kumplament tal-partiti l-oħra tal-MFA li kellhom isiru llum se jintlagħbu kif skjedat.
L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.
