


Mark Attard, Media Officer
It-tim nazzjonali Malti, proprju ftit tal-ħin ilu, wasal f’Istanbul, it-Turkija, fejn minn għada filgħodu jibda l-preparazzjoni għall-partita tal-Erbgħa li ġej kontra l-Ġordan.
Il-kontinġent ħalla Malta għal ħabta tas-6.10pm fejn kellu titjira diretta ta’ ftit iktar minn sagħtejn u proprju ftit tal-mumenti ilu alloġġja ruħu f’lukanda fl-istess post.
L-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tkun għada t-Tlieta fl-10.00am.
Il-plejers li sejjaħ Pietro Ghedin għal din il-partita huma dawn:
Gowlkipers
Henry Bonello (VallettaFC), Andrew Hogg (KalloniFC)
Difensuri
Andrei Agius (HiberniansFC), Steve Borg (ArisFC), Emmanuel Briffa (FlorianaFC), Ryan Camenzuli (BirkirkaraFC), Clayton Failla (HiberniansFC), Joseph Zerafa (BirkirkaraFC), Owen Bugeja (Pembroke A. FC)
Midfielders
Roderick Briffa (VallettaFC), Llywelyn Cremona (VallettaFC), Gareth Sciberras (BirkirkaraFC), Paul Fenech (BirkirkaraFC), Andre’ Schembri (Omonia NicosiaFC), Bjorn Kristensen (Hibernians FC), Clyde Borg (FlorianaFC)
Attakkanti
Michael Mifsud (SliemaWanderers FC), Luke Montebello (TarxienRainbows FC), Terence Vella (QormiFC), Alfred Effiong (BalzanFC)
