Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jitħarreġ fil-Maltepe Stadium, f'Istanbul
Nov 10, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti dalgħodu kellu sessjoni ta’ taħriġ ta’ ftit iktar minn siegħa fil-Maltepe Stadium, f’Istanbul, it-Turkija.

 

Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali Malti, osserva sew il-warming up tal-plejers kollha u l-ewwel daqqiet bil-ballun qabel ma għadda għat-tieni parti tat-taħriġ. Dik kienet tikkonsisti l-aktar fuq set-pieces u ‘x-shape’ tat-tim.

 

Malta tilgħab partita ta’ ħbiberija għada fl-4.00pm (ħin lokali Malti) kontra l-Ġordan. Din il-partita se sservi bħala waħda minn sensiela bħala tħejjija qabel il-bidu tal-partiti għall-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018, bl-ewwel impenn ikun f’Settembru tas-sena d-dieħla kontra l-Iskozja fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

 

Għal din il-partita, Ghedin jista’ jagħmel użu minn tliet debuttanti; Luke Montebello, Emanuel Briffa u Llewelyn Cremona li magħhom ingħaqad ukoll f’din l-iskwadra Ryan Camenzuli, il-captain tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.

 

Ftit ħin wara l-bidu tas-sessjoni, ingħaqad ukoll mal-iskwadra Andre’ Schembri, li kien għadu kemm wasal minn titjira diretta minn Ċipru, il-pajjiż fejn hu jilgħab.


Official Sponsors
Commercial Partners