


Taħt id-19-il sena: Israel 3 vs Malta 1

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena beda b'telfa ta' 3-1 kontra l-Israel fil-mini tournament tal-UEFA li qiegħed isir f'pajjiżna. Fl-istess grupp ma' Malta qed jikkompetu l-Islanda u d-Danimarka. Il-partita ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun.
Il-Maltin ma setax kellhom bidu aħjar meta wara kwarta logħob, fetħu l-iskor minn penalty ta' Jake Grech. It-tim ta' David Nascimento ħa daqqa ta' ħarta meta spiċċa jilgħab bi plejer inqas wara t-tkeċċija tal-gowlkiper Jamie Azzopardi.
L-Israel ġabu l-gowl tad-draw minn Mahamid fis-37 minuta u l-iskor plejer skorja t-tieni gowl fit-48 minuta.
Huma ssiġillaw ir-rebħa b'gowl ieħor minn Sfuri erba' minuti fuq il-ħin regolari.
It-tim Malti lagħab b'din il-formazzjoni:
Azzopardi, Buckle, Borg, Pulis (Nwoko 53), Zammit (Walker 79), Guillaimier, Friggieri, Grech, Brincat (Aquilina 19), Corbolan, Mbong
