


Taħt id-19-il sena: Malta 0 vs Danimarka 3

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena sofra t-tieni telfa minn dan il-Grupp ta' Kwalifikazzjoni meta illum wara nofsinhar, safa megħlub mid-Danimarka bl-iskor ta' 3-0. Il-partita ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun u bdiet fis-2.00pm.
Dueland fetaħ l-iskor għad-Daniżi fil-21 minuta. Thychosen irdoppja fis-60 minuta biex minuta wara l-istess Dueland skorja t-tielet gowl tal-partita u aċċerta minn rebħa Skandinava.
Is-sitwazzjoni fi Grupp 6, issa tara lill-Israel fl-ewwel post b'6 punti wara li llum għelbu lill-Islanda 4-1. Id-Danimarka għandha 4 punti, l-Islanda punt u Malta f'qiegħ il-Grupp mingħajr punt.
David Nascimento beda b'din il-formazzjoni:
Aquilina, Buckle, Borg (Vella 46), Zammit, Guillaimier, Friggieri, Grech, Brincat (Nwoko 59), Corbolan, Mbong (Walker 84), Xuereb
