Malta Football Association
NEWS:
L-MFA torganizza ‘Open Day’ għall-amministraturi l-ġodda
Nov 17, 2015
Posted in:
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 

Il-Malta Football Association, matul il-ġurnata tat-Tlieta, organizzat ‘Open Day’ għall-amministraturi l-ġodda tal-klabbs lokali. F’din l-‘Open Day’, l-amministraturi l-ġodda kellhom iċ-ċans li jsiru jafu aktar fuq l-operat tal-Assoċjazzjoni u dak kollu li jdawwar il-bini tagħha f’Ta’ Qali. Il-klabbs kellhom ukoll l-opportunita’ li jisimgħu x’vantaġġi jistgħu jieħdu mis-servizzi li l-MFA toffri lill-pubbliku.


 

Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA, laqa’ lil dawk kollha preżenti fis-sala tal-Kumitat Eżekuttiv fit-tielet sular tal-uffiċini tal-Assoċjazzjoni.

 

“Sejjaħnilkom hawn għax inħossu li intom parti mill-MFA. Intom il-klabbs membri tagħna u għalhekk huwa ta’ importanza li tkunu tafu x’toffri l-Assoċjazzjoni u kif jaħdem l-operat tal-MFA. Dak li se tiġu murija llum mill-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Assoċjazzjoni għandu konnessjoni mal-klabb tagħkom u għalhekk inħeġġiġkom issegwu sabiex issaħħu l-għarfien tagħkom ta’ kif tistgħu tużaw aħjar is-servizzi li noffru,” qal Vassallo.

 

L-ewwel parti tal-‘Open Day’ rat dawn il-kelliema;

-          Rodney Pisani (Dipartiment tal-Kompetizzjonijiet)

-          Dr Chris Bonett (Dipartiment Legali)

-          Mario Gauci (Dipartiment tal-Liċenzji)

-          Ivan Calamatta (Dipartiment tar-Reġistrazzjonijiet)

 

Wara dawn l-erba’ kelliema, l-amministraturi mistiedna kellhom pawża qasira sakemm komplew il-kelliema li kien imiss.

-          Ivan Mizzi (Dipartiment tal-Finanzi)

-          Johann Fenech (Dipartiment tal-IT)

-          Norman Saliba (Millennium Stand Tour)

 

Min-naħa tal-Millennium Stand, l-amministraturi tal-klabbs, qasmu għan-naħa l-oħra tal-Istadium Nazzjonali, fejn hemm iċ-Ċentru Tekniku. Hemmhekk kienu mistiedna għal ikla  fir-ristorant tal-Istadium biex wara tkompliet it-tielet u l-aħħar parti tal-‘Open Day’.

 

Norman Saliba kompla jitkellem u ta aktar informazzjoni fuq id-Dipartiment tal-Marketing tal-MFA. Il-kumplament tal-kelliema kienu dawn;

-          Mark Attard (Stadium Tours u Dipartiment tal-Media)

-          Robert Gatt (Direttur Ċentru Tekniku)

-          Stephen Grima (Coach Education)

-          Maria Mifsud (Youth Development, Grassroots u Futbol tan-Nisa)

-          Adrian Casha (Dipartiment tar-Referees)

-          Franz Tabone (Uffiċju tal-Prosekutur)

Official Sponsors
Commercial Partners