


Fis-17 ta’ Novembru li għadda, fil-villaġġ ta’ Demerjog, f’Djibouti, saret it-tieni parti tal-missjoni internazzjonali, “Stop War, Play Football.”
Din il-missjoni tinvolvi f’materjal sportiv li jintbgħat fil-pajjiżi fejn huma l-aktar affettwati mill-gwerer. Ir-ritratti jixhdu li l-aħħar materjal li ntbagħat kien dak tal-marka GIVOVA u tat-tim nazzjonali Malti.
Fiċ-ċerimonja uffiċjali, attendew ħafna persuni ta’ awtorita’ minn Djibouti li mbagħad wara segwew il-partita ta’ ħbiberija bejn il-Boys Demerjog, immexxija mill-Marshal tal-Carabinieri Corps.
Cristian Belle’, referee internazzjonali (AIA), mexxa din il-partita.
