Malta Football Association
NEWS:
Futbol tan-nisa: Malta vs Azerbaijan, illum fis-7.00pm
Nov 25, 2015
Posted in:
General

 

Selezzjoni Maltija ta'plejers femminili, li kollha kemm huma jagħmlu parti mit-timijiet nazzjonali Malti, illum jilagħbu partita ta' ħbiberija kontra t-tim nazzjonali tal-Azerbaijan ta' taħt id-19-il sena.

 

Il-partita tibda fis-7.00pm u tintlagħab fis-Centenary Stadium. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn pjanati bejn iż-żewġ timijiet. Il-partita l-oħra tintlagħab il-Ġimgħa fis-7.00pm fl-istess ħin u fl-istess stadium.

 

It-tim nazzjonali tal-Azerbaijan wasal f'pajjiżna t-Tnejn li għadda u kemm idum f'pajjiżna e jitħarreġ tliet darbiet. L-ewwel sessjoni ta' taħriġ kienet ilbieraħ filgħodu u jkollu sessjoni oħra dalgħodu u jkollu oħra l-Ġimgħa filgħodu. It-tliet sessjonijiet isiru fis-Centenary Stadium u jibdew fl-10.30am. 

 

Mark Gatt, kowċ nazzjonali Malti, sejjaħ din l-ikwadra għal dawn iż-żewġ partiti:

 

Gowlkipers

Rachelle Lynn Borg, Hollie Clare Vella, Janice Xuereb

 

Difensuri

Rebecca D'Agostino, Stephania Farrugia, Jade Flask, Ann-Marie Said, Alishia Sultana, Yasmeen Marie Vella, Gabriella Zahra, Charlene Zammit

 

Midfielders

Brenda Borg, Francesca Chircop, Rachel Cuschieri, Mandy Debono, Amber Grech, Kimberly Parnis, Antoinette Sammut, Dorianne Theuma, Emma Xuereb, Shona Zammit

 

Attakkanti

Kelly Grace Agius Pace, Martina Borg, Ylenia Carabott


Official Sponsors
Commercial Partners