Malta Football Association
NEWS:
Partiti ‘home’ tal-klabbs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA
Jul 2, 2012
Posted in:

Il-Malta Football Association tavża li għall-partiti ‘home’ tal-erba’ klabbs lokali Maltin li se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA ta’ din is-sena, il-Membri tal-Kunsill tal-MFA jistgħu jattendu regolarment fil-VIP Area billi mal-bieb jippreżentaw il-‘VIP Blue Card’ tal-istaġun li għadda.


 

 

 

 

Il-membri kollha ta’ xi Bord tal-MFA u persuni akkreditati oħra bħall-media u sponsors huma kollha intitolati li jattendu bl-‘eletronic card’ tal-istaġun li għadu kif spiċċa.

 

L-MFA tavża li l-‘Orange Cards’ u l-‘White Cards’ tal-istaġun 2011/12 m’għadhomx iktar eliġibbli.

 

Il-partiti ‘home’ tal-erba’ klabbs Maltin se jintlagħbu kollha fil-Hibernians Stadium f’Kordin.

 

Id-dati u l-ħin tal-partiti huma dawn:

 

It-Tlieta 3 ta’ Lulju 2012 –   Valletta FC vs FC Lusitans (Andorra) -                                    7.30pm

Il-Ħamis 5 ta’ Lulju 2012–   Birkirkara FC vs FK Metalurg Skopje (Maċedonja) -            7.00pm

It-Tlieta 10 ta’ Lulju 2012 – Floriana FC vs IF Elfsborg (Svezja) -                                        5.30pm

Il-Ħamis 12 ta’ Lulju 2012 –Hibernians FC vs FK Sarajevo (Bosnija Herz) -                    7.30pm

 

 

 

 

 

Official Sponsors
Commercial Partners