Malta Football Association
NEWS:
L-MFA tilqa’ żgħażagħ bħala parti mill-Commonwealth Youth Forum
Nov 27, 2015
Posted in:
General
Ritratti: Louise Abela
Ritratti: Louise Abela

  • Ritratti: Louise Abela

 

Il-Malta Football Association laqat żgħażagħ fil-bini tagħha bħala parti mill-programm relatat mal-Commonwealth Youth Forum li huwa wieħed mill-erba’ fora li saru qabel l-24 edizzjoni tal-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Istat tal-Commonwealth. 


 

Iż-żgħażagħ li żaru l-MFA, iddawru mas-swali tal-Millennium Stand u ddaħlu fl-uffiċju tad-Dipartiment Internazzjonali u f’ħafna uffiċini amministrattivi u kien spjegat lilhom fil-qasir kif jaħdem l-operat tal-MFA. Louis Micallef, Deputat Segretarju Ġenerali u Lawrence Ellul u Alfred Cachia, mill-Uffiċju Internazzjonali, tkellmu maż-żgħażagħ tul iż-żjara tagħhom lejn in-naħa tal-uffiċini filwaqt li Maria Mifsud ħadet ħsieb li ddawarhom lejn in-naħa taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA.

 

L-għan ta’ din l-attivita’ kienet biex dawn iż-żgħażagħjidħlu fil-komunitajiet Maltin u jduqu ftit mill-ħajja tal-Maltin, minbarra li jagħmlu volontarjat biex huma stess jifhmu dan il-valur li għadu jagħmel parti important mis-soċjeta’.

 

Kienu madwar 300 il-parteċipanti li ħadu sehem fil-Commonwealth Youth Forum,u għal din l-attivita’,kienu mqassma fi gruppi u assenjati ma’ NGOs, Entitatjiet u Aġenziji Governattivi.  Minbarra l-MFA, kienu 17-il entita’ oħra li laqgħu fi ħdanhom għal ftit ħindawn  il-parteċipanti.

 

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar uħud mill-lokalitajiet u tkellem b’mod informali mal-parteċipanti li kollha kellhom kliem ta’ tifħir kemm għall-Forum per se u anke għal pajjiżna.

Official Sponsors
Commercial Partners