


Il-Malta Football Association offriet l-għajnuna u l-appoġġ lill-Skolasport permezz tal-kowċis tagħha biex iħarrġu lill-atleti li jattendu din l-iskola tal-isport tal-Gvern.
Bejn Ottubru u Novembru, saru diversi sessjonijiet ibbażati fuq ‘fitness’ għal-gruppi tat-tfal tal-Form 1, 2, 3 u 4. Is-sessjonijiet kienu bbażati l-aktar fuq il-ħeffa u l-aġilita’, fuq is-saħħa, u test ieħor fuq il-metaboliżmu tal-ġisem.
Dawn l-istess testijiet se jerġgħu jsiru bejn Marzu u April tas-sena d-dieħla u l-objettiv tagħhom huma diversi:
1. Jinħoloq databse fiżiku biex ikun jeżisti informazzjoni fuq kull atleta
2. Ikollok id-data disponibbli li jservu biex jitkompla t-taħriġ
3. Ikollok dati u l-objettivi li jippermettulek tosserva l-iżvilupp tal-atleti ta’ matul is-snin
George Micallef hu l-Kap tal-Iskola mentri Paul Zammit u l-kordinatur fuq il-futbol.
