Archives

Malta fi Grupp 1 ta’ Kwalifikazzjoni tar-Regions Cup

Published: 09-12-2015 10:45
image1 (102)
 It-tim nazzjonali Malti tar-Reġjuni ttellgħa biex jilgħab fi Grupp 1 ta’Kwalifikazzjoni tar-Regions Cup flimkien ma’ Franza, l-Ukrajna u r-rebbieħ tal-Grupp Preliminari A. Fi Grupp Preliminari A hemm il-pajjiżi tal-Iskozja, il-Litwanja, l-Estonja u l-Isvezja. Ir-rebbieħ ta’ dan il-Grupp jidħol fi Grupp 1. Dawn il-poloz ittellgħu f’Nyon, l-Isvizzera fil-Kwartieri tal-UEFA, ftit tal-jiem ilu u l-partiti kollha ta’ Grupp 1 tal-Intermediate Round se jintlagħbu fil-Gozo Stadium, f’Għawdex fil-5, fis-7 u fid-9 ta’ Ottubru 2016. Din se tkun l-10 edizzjoni tar-Regions Cup tal-UEFA.