Malta Football Association
NEWS:
Isir il-festin annwali tal-MFA ta' żmien il-festi
Dec 21, 2015
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg
  • Ritratti: Joe Borg

 

Il-Ħamis filgħaxija sar il-festin annwali tal-Malta Football Association li jiġi organizzat dejjem f'dan iż-żmien ta' festi tal-Milied u ta' tmiem is-sena.

 

Għal dan il-festin kienu mistiedna dawk il-persuni kollha li b'xi mod jew ieħor jagħmlu parti mill-MFA u mill-futbol Malti. Fosthom l-amministrauti tal-MFA u tal-klabbs, Membri tal-Eżekuttiv u Kunsill, l-impjegati tal-Assoċjazzjoni, sponsors u ħafna persuni oħra li matul is-sena jagħtu parti mill-ħidma tagħhom fil-futbol.

 

Fost il-mistiedna distinti, wieħed seta' jara lill-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, President ta' Malta li ġiet milqugħa minn Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo, President u Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni.

 

Fost mistiedna oħra, wieħed seta' jsib lil Chris Agius, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Edukazzjoni; u lill-Membri Parlamentari Jason Azzopardi, Clyde Puli u David Agius.

 

Il-Malta Football Association tirringrazzja lil dawk kollha li attendew i tbgħat l-awguri tal-Milied u s-sena t-tajba lil poplu Malti u Għawdxi kollu.


Official Sponsors
Commercial Partners