


Isir il-festin annwali tal-MFA għall-membri tal-media u l-isponsors

L-erbgħa wara nofsinhar, sar il-festin annwali li torganizza l-Malta Football Association għall-membri tal-media u l-isponsors. F'dan il-festin kienu mistiedna dawk il-membri tal-media li matul is-sena jagħtu kontribut lill-futbol Malti permezz tax=xogħol tagħhom. Magħhom ingħaqdu dawk il-persuni li permezz tal-kumpaniji tagħhom jgħinu finanzjarjament lill-Assoċjazzjoni.
Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, indirizza lil dawk kollha preżenti u rringrazzja lil kulħadd tal-kontribut li jagħti matul is-sena lill-futbol Malti.
"Nixtieq nirringrazzjakom kollha wieħed wieħed u waħda waħda. Il-futbol Malti u sport popolari ġafna u kuljum fuq fhomm kulħadd u bis-saħħa tagħkom, din il-popolarita' qiegħda tkompli tikber matul is-snin.
"Is-sena d-dieħla se tkun waħda mimlija sfidi għall-MFA. Sfidi li qatt ma bżajna nidħlu għalihom u nirbħuhom u għalhekk m'għandix dubju li se jirnexxielna nwettqu dak li se nidħlu għalih," qal Darmanin Demajo.
Dawk kollha preżenti kellhom l-opportunita' li jiltaqgħu kollha f'daqqa, f'waħda mill-uniċi okkażjonijiet fis-sena li l-membri tal-media jinġabru flimkien.
