


It-team tal-Istaff tal-MFA rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tournament tradizzjonali ta’ Boxing Day li ilu jkun organizzat għal snin twal mill-Għaqda Ġurnalisti Sports.
It-Tournament kwadrangolari żvolġa f’wieħed interessanti hekk kif fl-ewwel logħba t-team tal-ġurnalisti tal-isport rebaħ lit-team tar-referees 1-0 u fil-logħba l-oħra, it-team tal-istaff tal-MFA rebaħ lit-team tal-kowċis.
It-team tal-MFA rebaħ ukoll l-aħħar żewġ logħbiet tiegħu kontra t-teamijiet tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u kontra l-Malta Football Referees Association biex eventwalment rebaħ hu l-edizzjoni ta’ din is-sena wara diversi snin ta’ dominanza mit-team tal-Malta Football Coaches Association.
Fi tmiem it-Tournament, Silvio Vella, captain tat-tim tal-istaff tal-MFA, ġie ppreżentat bi trofew.
Dawk li lagħbu u li kienu preżenti għamlu ġabra ta’ 1000 euro b’risq id-Dar tal-Providenza. Din is-somma mistennija tiġi ppreżentata fil-ġbir li ta’ kull sena jsir għall-istess Dar, fl-Ewwel tas-Sena.
