Malta Football Association
NEWS:
L-MFA tkompli bit-tours anki fi żmien il-festi
Dec 30, 2015
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg
  • Ritratti: Joe Borg

 

Matul dawn il-jiem ta' festi, il-Malta Football Association kompliet torganizza aktar tours li normalment tagħmel matul is-sena mat-tfal tal-iskejjel u ma' persuni oħra anki anzjani li jiġu mill-każini tal-futbol, tal baned, politiċi, Kunsilli Lokali u Ċentri oħra.

 

Dalgħodu, kien imiss it-tfal ta' taħt it-tmien snin tan-nursery ta' Mosta FC li f'atmosfera mill-iktar sabiħa u ferriħija, sabu ċ-ċans biex jidħlu f'postijiet tal-MFA li kienu għadhom ma daħlu qatt fihom, jew rawhom minn fuq it-televiżjoni biss.

 

Il-grupp beda dan it-tour billi intwera DVD fis-Centenary Stadium li nħoloq minn FR Hilary Tagliaferro fejn fih jispjega kif żviluppa l-futbol f'pajjiżna, minn żmien il-gwerra sal-lum. It-tfal żaru anki t-training grounds, id-dressing room tat-tim nazzjonali, ħadu ritratti fl-istadium nazzjonali u anki lagħbu partita ta' ħbiberija bejniethom fis-Centenary Stadium.

 

Matul l-aħħar snin, l-MFA organizzat gruppi ta' dan it-tip ma ħafna persuni li ġejjin minn setturi differenti. 

 

Dawk kollha li huma interessati li jagħqdu grupp ta' 20 persuna jew aktar u jġibuhom għal dan it-tour għandhom iċemplu lill-MFA uq in-numru 2338 6000 u jistaqsu għal Alfred Cachia jew Mark Attard.

 

L-MFA tibgħat l-awguri ta' sena ġdida 2016 mimlija ġid, hena u barka lill-familji ta' Malta kollha speċjalment dawk li jagħmlu parti mill-futbol Malti.


Official Sponsors
Commercial Partners