Malta Football Association
NEWS:
Ikompli l-Kampjonat BOV Premier u partita waħda mill-FA Trophy
Jan 4, 2016
Posted in:
General
BOV Premier League
Cups & Competitions
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

 

Wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, fil-weekend li ġej ikompli l-Kampjonat BOV Premier, b’partiti ferm interessanti li jintlagħbu bejn is-Sibt 9 ta’ Jannar u l-Ħadd 10 ta’ Jannar 2016.

 

Is-Sibt, fil-Victor Tedesco Stadium, fis-2.00pm tintlagħab il-partita bejn Hibernians FC u Pembroke Athleta FC, filwaqt li fl-4.15pm, ikollna konfront mill-isbaħ bejn Balzan FC u Mosta FC.

 

Il-Ħadd 10 ta’ Jannar, jintlagħbu erba’ partiti. Fis-2.00pm, Sliema Wanderers FC jilagħbu kontra St. Andrew’s FC u fl-4.00pm, Floriana FC jilagħbu kontra Tarxien Rainbows FC. Iż-żewġ partiti jintlagħbu fil-Hibernians Stadium, f’Kordin.

 

Fl-istess ħin, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, ikollna żewġ partiti oħra. Fis-2.00pm, Naxxar Lions FC jilagħbu kontra Valletta FC u fl-4.00pm, Birkirkara FC jilagħbu kontra Qormi FC.

 

F’nofs il-ġimgħa, Valletta FC se jerġgħu jkunu mpenjati fl-aħħar partita mit-Tielet Rawnd tal-FA Trophy. L-Erbgħa fis-7.00pm, il-Beltin jilagħbu f’Għawdex fil-Gozo Stadium kontra Xewkija Tigers FC. Min jikkwalifika f’din il-partita jkun qata’ passaġġ għar-raba’ rawnd tal-istess kompetizzjoni.


Official Sponsors
Commercial Partners