Malta Football Association
NEWS:
FA Trophy: Xewkija Tigers FC vs Valletta FC...tibdil fl-istadium
Jan 6, 2016
Posted in:
General
Cups & Competitions

 

Il-Malta Football Association tavża li l-partita li kellha tintlagħab illum mit-Tielet Rawnd tal-FA Trophy bejn Xewkija Tigers FC u Valletta FC, fis-7.00pm, fil-Gozo Stadium, f’Għawdex, issa se tintlagħab fl-istess ħin, fil-Kerċem Ajax Stadium.

 

Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-aħħar sigħat u bi qbil maż-żewġt iklabbs involuti.

 

L-MFA titlob skuża għal kull inkonvenjent li seta’ nħoloq.


Official Sponsors
Commercial Partners