Malta Football Association
NEWS:
PSV Eindhoven FC ikomplu bit-taħriġ f’pajjiżna
Jan 8, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

 

PSV Eindhoven FC, fil-jiem li għaddew komplew bit-taħriġ tagħhom f’Malta, hekk kif f’dan it-training camp qed ikomplu jisfruttaw minn dawn il-ġranet xemxien u sbieħ li nzertaw ġew f’pajjiżna fihom fi żmien ta’ waqfa mill-Kampjonat Olandiż u mill-UEFA Champions League.

 

Il-klabb Olandiż wasal f’pajjiżna fl-4 ta’ Jannar u l-għada kellu partita ta’ ħbiberija kontra Hibernians FC, iċ-champions tal-futbol Malti. Din il-partita tibqa’ mmarkata fl-Istorja tal-klabb Pawlist u anki tal-futbol Malti wara r-rebħa kbira u xejn mistennija li t-tim Malti rnexxielu jakkwista bi skor ta’ 2-1.

 

Ilbieraħ, PSV Eindhoven FC, tħarrġu fit-traning grounds tal-MFA f’Ta’ Qali u jkollhom żewġ sessjonijiet oħra ta’ taħriġ għada s-Sibt u anki l-Ħadd. Huma jitilqu lura lejn pajjiżhom it-Tnejn 11 ta’ Jannar.

 

Fil-preżent, PSV Eindhoven FC, jinsabu fit-tieni post tal-Kampjonat Olandiż bi 38 punt, żewġ punti taħt Ajax Amsterdam FC. Huma jinsabu wkoll mal-aħħar sittax fil-UEFA Champions League wara li fil-Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni spiċċaw fit-tieni post wara Wolfsburg FC. Warajhom fit-tielet post fl-istess Grupp spiċċaw Manchester United FC u CSKA Moscow FC.


Official Sponsors
Commercial Partners