Malta Football Association
NEWS:
Vella u Pisani semifinalisti fl-Għażliet Sportivi tas-Sena
Jan 13, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

Silvio Vella, il-kowċ nazzjonali Malti ta’taħt il-21 sena u Clayton Pisani, ir-referee lokali fuq il-panel tar-referees tal-FIFA, intgħażlu bħala semifinalisti tal-avveniment ‘Għażliet Sportivi tas-Sena’.

 

Dan kollu se jitħabbar uffiċjalment f’konferenza stampa s-Sibt 23 ta’ Jannar fid-9.30am u li fiha huma mistiedna l-media lokali u l-Presidenti u s-Segretarji Ġenerali tal-Assoċjazzjonijiet Sportivi f’Malta.

 

Is-Semifinalisti se jkunu ppreżentati b'ċertifikat mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħazagħ u l-Isport Chris Agius.


Official Sponsors
Commercial Partners