Archives

Tkompli l-Malta FA Trophy, tispikka Birkirkara FC vs Valletta FC

Published: 18-01-2016 11:25
image1 (102)
 Bejn għada u l-Erbgħa, titkompla l-kompetizzjoni tal-Malta FA Trophy b’diversi partiti mir-raba’ rawnd. Bla dubju, l-aktar partita li se tiġbed interess tkun dik tal-Erbgħa 20 ta’ Jannar fit.8.00pm, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, bejn Birkirkara FC u Valletta FC. Iż-żewġ timijiet huma fost il-favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni u anki l-kampjonat BOV Premier għal dan l-istaġun u għalhekk, polza bejniethom it-tnejn tikkonferma l-attrazzjoni li jista’ jkun hemm f’konfront delikat bħal dan.   Għada t-Tlieta jkollna l-ewwel żewġ partiti u jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun. Fis-6.00pm, Balzan FC jilagħbu kontra Melita FC u fit-8.15pm, Qormi FC jilagħbu kontra Tarxien Rainbows FC. L-Erbgħa, St. Andrew’s FC jilagħbu kontra Gzira Utd FC u din il-partita tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta Qali qabel il-partita bejn Valletta FC u Birkirkara FC. Iżda jkollna wkoll erba’ partiti oħra. Fis-6.00pm, tintlagħab il-partita bejn Għargħur FC u Sliema Wanderers FC u fit-8.15pm Pieta’ Hotspurs FC jilagħbu kontra St. George’s. Dawn iż-żewġ partiti jintlagħbu fis-Centenary Stadium, f’Ta Qali. L-aħħar żewġ partiti jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium fl-istess ħinijiet. L-ewwel partita tkun bejn Floriana FC u Lija Athletic FC u t-tieni partita tkun bejn Hibernians FC u Pembroke Athleta FC. Fil-partiti kollha jrid ikun hemm rebbieħ. Jiġifieri f’każ ta’ draw, partita tmur għal ħin barrani u l-ogħti tal-penalties.