Malta Football Association
NEWS:
Legia Warsaw FC u Terek Grozny FC jitħarrġu f'Ta' Qali
Jan 19, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 

Legia Warsaw FC u Terek Grozny FC, iż-żewġ klabbs li bħalissa jinsabu f'Malta għat-training camps tagħhom, ta' kuljum qegħdin jitħarrġu fit-training grounds tal-MFA. Huma ġew f'pajjiżna meta f'pajjiżhom il-kampjonat jinsab wieqaf minħabba l-kesħa esaġerata li tagħmel fil-Polonja u fir-Russja.


 

Jista' jkun li sakemm idumu hawn, iż-żewġ klabbs jagħmlu xi partiti ta' ħbiberija kontra klabbs Maltin li s'issa għadu mhux magħruf meta u min se jkunu dawn il-klabbs.

 

Malta qiegħda tilqa' diversi klabbs mill-Ewropa li f'dawn il-ġimgħat ġejjin għall-training camps. L-ewwel tim li ġie kien PSV Eindhoven li lagħab ukoll partita ta' ħbiberija kontra Hibernians FC fil-Hibernians Stadium, f'Kordin, u tilfu 2-1.

 

Ilbieraħ filgħodu, Paul Zammit Cutajar, fotografu tal-Malta Football Association, segwa t-taħriġ taż-żewġ timijiet u bagħtilna dawn ir-ritratti.

 

Official Sponsors
Commercial Partners