Malta Football Association
NEWS:
Futbol tan-nisa: Malta 1 vs Latvja 1
Jan 21, 2016
Posted in:
General
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg
  • Ritratti: Joe Borg

 

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa mmexxi minn Mark Gatt temm it-tieni partita tiegħu kontra l-Latvja bi skor finali ta’1-1. Din kienet it-tieni partita bejn dawn iż-żewġ naħat. Fl-ewwel konfront, Malta ħarġet rebbieħa bi skor ta’ 3-0.


 

Qabel bdiet il-partita, inżammet minuta silenzju b’rispett lejn David Bianchi, eks-Membru tal-Kunsill tal-MFA u li kien għadu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali ta’ Luxol St. Andrew’s FC.

 

Għal din il-partita, rajna tibdil żgħir fiż-żewġ formazzjonijiet inizzjali. Il-bqija ż-żewġ naħat preferew jibdew il-partita bl-istess tim u l-istess pjan.

 

Il-Latvja deher tim aħjar minn dak ta’ jumejn ilu. Il-Maltin baqgħu l-aktar tim superjuri u marru fil-vantaġġ fil-45 minuta minn gowl ta’ Jade Flask.

 

Meta kollox kien qed jidher li l-partita se tintemm hekk, wasal il-gowl tad-draw minuta fuq il-ħin regolari minn Liene Vaciete.

 

Dawn il-partita swew ta’ ġid kbir għat-tim nazzjonali Malti li beda jippreparaw għall-partiti kompetittivi li jmiss.

 

Il-formazzjonijiet kienu dawn:

Malta – Xuereb, Zahra, Farrugia, Theuma, Carabott, Borg, Sammut, S. Zammit, Flask, C. Zammit, Giusti

 

Latvja – Ibragimova, Spruntule, Girdza, Matisa, Ozola, Tile, Rocane, Voitane, Fedotova, Tamsone, Luse

 

 

Referee – Reelika Turi (Estonja FA)

Official Sponsors
Commercial Partners