Archives

Silvio Vella u Clayton Pisani finalisti tal-Isportivi tas-Sena 2016

Published: 25-01-2016 12:40
image1 (102)
image2 (33)
 Silvio Vella, il-kowċ nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, u Clayton Pisani, ir-referee Malti fuq il-Panel tal-FIFA, huma finalisti fl-għażla tal-Isportivi tas-Sena 2016. Silvio Vella wasal fil-finali fil-kategorija tal-Kowċ tas-Sena u għandu miegħu erba’ finalisti oħra li huma: Albert Chun tal-Ġinnastika, Jesmond Giordimaina tal-Lotta, Karl Izzo tal-Waterpolo, u lil Rickard Volegesang tat-Ten Pin Bowling. Clayton Pisani wasal fil-finali tal-kategorija tal-Uffiċjal tas-Sena u għandu miegħu erba’ finalisti oħra li huma: Joe Caruana Curran mill-ASA, lil Jesmond Caruana mill-Weightlifting, Joseph Muscat mill-Basketball u lil Johan Pace mill-ASMK. Il-finalisti ingħataw ċertifikat bħala tifkira minn Chris Agius, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Innovazzjoni. Is-serata finali ssir is-Sibt 13 ta’ Frar 2016.