Malta Football Association
NEWS:
"Il-klabbs għandhom jinvestu aktar fin-nurseries" - Darmanin Demajo
Feb 2, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

 

Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, qal li l-klabbs Maltin għandhom jinvestu aktar fin-nurseries tagħhom u jpoġġuhom prioirita' fil-mira ta' fejn għandhom jonfqu flushom għall-futur tal-futbol f'Malta u għall-futur tal-klabb tagħhom stess.

"Meta wieħed jara l-ammonti li jintefqu fi klabb, inkompli ngħid b'konvinzjoni li kulħadd jista' jgħin u jinvesti aktar fin-nursery tiegħu," qal il-President tal-MFA.

 

Darmanin Demajo qal dan id-diskors il-Ġimgħa li għaddiet, meta l-Youth Football Association organizzat l-Annual Drinks tagħha u li għaliha attendew uffiċjali għolja tal-Malta Football Association, flimkien mad-Direttur Tekniku, l-sponsors ewlenin fosthom APS Bank, Liquigas Malta u Sports Experience, kif ukoll rappreżentanti min-nurseries.


 

Waqt l-indirizz tiegħu, Fr Hilary Tagliaferro saħaq dwar l-importanza li n-nurseries ikollhom amministrazzjoni b’saħħitha u li eventwalment għandha twassal għall-iżvilupp aħjar taż-żgħażagħ li jagħżlu li jilagħbu l-football fin-nurseries tagħna. Semma wkoll li fil-gimgħat li ġejjin, il-YFA se taħdem mal-MFA u ċ-Ċentru Tekniku biex isir tibdil fis-sistemi tal-liċenzjar tan-nurseries. Hu qal ukoll li kif kienet wegħdet il-YFA, ser issir laqgħa man-nurseries sabiex jiġi diskuss l-andament tal-kampjonat li jinsab fit-tieni sena tiegħu.

 

Matul din is-serata s-Sur Steve Muscat, Chief Financial Officer f’isem Liquigas Malta u Fr Hilary Tagliaferro ffirmaw kuntratt ġdid ta’ tliet snin fejn Liquigas se jipprovdu medical oxygen cylinders fil-grawnds fejn jintlagħbu l-kampjonati tal-YFA sabiex dawn ikunu attrezzati f’każ ta’ xi emerġenza. Is-Sur Steve Muscat stqarr li Liquigas tħoss li għandha tagħti s-sapport tagħha lill-football taż-żgħażagħ u għalhekk għażlet li ġġedded il-ftehim tagħha mal-YFA għall-benefiċċju tan-nurseries in-ġenerali u l-grawnds li jospitawna.

 

Fl-aħħar ta’ din l-attivita', l-MFA żammet il-wegħda tagħha u l-President Norman Darmanin Demajo ppreżenta ċekkijiet lin-nurseries li jkopru l-UEFA Solidarity Funds u xi arretrati oħra li kienu dovuti lin-nurseries minn xi snin li għaddew.

Official Sponsors
Commercial Partners