Malta Football Association
NEWS:
FA Trophy: Birkirkara FC kontra Floriana FC, l-aktar ta' attrazzjoni
Feb 3, 2016
Posted in:
General
Cups & Competitions
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

Ftit tal-ħin ilu, fis-sala tal-konferenzi tal-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, ittellgħu l-poloz tal-FA Trophy ta’ Malta għall-istaġun 2015/16.

 

It-tmien timijiet tħawdu f’urna biex ir-riżultat tagħha se jagħtuna partiti mill-iktar interessanti; b’fuq quddiemnett tkun il-partita bejn il-holders tal-istaġun li għadda Birkirkara FC u Floriana FC, it-tim li dan l-istaġun qed ikollu partiti tajbin ħafna.


 

Il-poloz kollha telgħu hekk:

 

Balzan FC vs Tarxien Rainbows FC

Sliema Wanderers FC vs St. Andrew’s FC

Pembroke FC vs Pieta’ Hotspurs FC

Birkirkara FC vs Floriana FC

 

Dawn il-partiti se jintlagħbu bejn id-19 u l-20 ta' April.

 

Iż-żewġ semifinali ta’ din il-kompetizzjoni jintlagħbu fis-7 u t-8 ta’ Mejju 2016 mentri il-finali tintlagħab fl-14 ta’ Mejju 2016.

 

Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, indirizza din il-konferenza u faħħar il-preżenza ta’ dawk li kienu fis-sala. Hu qal li dan kollu jfisser biċ-ċar li kien hemm uħud mit-timijiet li fadal li qatt ma basru li jistgħu jaslu verament sal-Kwarti tal-Finali u dan ifisser li l-eċċitament hu wieħed kbir.

 

“Is-sabiħ ta’ din il-kompetizzjoni hu l-element tas-sorpiża u dan kollu joħloq aktar interess fostkom u fost id-dilettanti tal-futbol f’Malta,” qal Vassallo.

 

Punt interessanti li semma Vassallo kien il-fatt li Hibernians FC u Valletta FC kienu ilhom ma jkunu eliminati qabel il-Kwarti tal-Finali f’din il-kompetizzjoni, għal snin twal.

 

Hibernians FC ma kienu fil-Kwarti tal-Finali tal-FA Trophy ta’ Malta l-aħħar fl-istaġun 1991/92 mentri Valletta FC fl-istaġun 1989/90.

Official Sponsors
Commercial Partners