Malta Football Association
NEWS:
Malta vs Liechtenstein, illum fil-11.00am
Feb 5, 2016
Posted in:
General

Dalgħodu, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta' taħt is-16-il sena, jilgħab l-ewwel partita mill-UEFA Mini Tournament ta' ħbiberija li se jsir f'pajjiżna. L-ewwel avversarji ta' Malta huma l-Liechtenstein.

 

Il-partita tibda fil-11.00am u tintlagħab fis-Centenary Stadium. Ir-referee tal-partita se jkun is-Sur Theodore Zammit.

 

Fis-1.45pm, tintlagħab it-tieni partita fis-Centenary Stadium bejn l-Awstrija u l-Azerbaijan. Ir-referee jkun is-Sur Darryl Agius.

 

L-MFA tavża lill-pubbliku sportiv Malti biex jiġi jagħti s-sapport lit-tim nazzjonali Malti.

 

 


Official Sponsors
Commercial Partners