Malta Football Association
NEWS:
Il-Ministru Konrad Mizzi jżur il-faċilitajiet tal-MFA f’Ta’ Qali
Feb 6, 2016
Posted in:
General
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

Konrad Mizzi, Ministru tas-Saħħa u l-Enerġija, ilbieraħ żar ix-xogħolijiet li saru fl-MFA f’dawn l-aħħar xhur fosthom l-investiment relatat ma’ sistema ġdida ta’ dawl artifiċjali fit-training grounds fejn il-Gvern ċentrali, grazzi għall-fondi speċjali, ta kontribut siewi lill-Assożjazzjoni biex dan il-proġett twettaq. 


 

Mizzi sab ukoll l-opportunita’ biex iżur l-uffiċini tal-Assoċjazzjoni u jiltaqa’ mal-impjegati li jaħdmu fl-amministrazzjoni tal-MFA. Hu kellu laqgħa ma’ Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo, President u Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni. Wara l-laqgħa, l-Ministru Mizzi żar il-klinika li tispeċjalizza fil-mediċina sportiva, il-pixxina u l-gym li jinsabu fl-istess kumpless, f’Ta’ Qali.

 

Mill-uffiċini, il-Ministru Mizzi kompla ż-żjara tiegħu billi żar il-post fejn fi ftit ġimgħat oħra se jkunu nsallati pannelli fotovoltajiċi, proġett ieħor li qiegħda taħdem fuqu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol. Il-proġett huwa wieħed ambizzjuż ħafna li mistenni jgħin l-ambjent u jnaqqas l-implikazzjonijiet ekoloġiċi.

 

L-aħħar waqfa għall-Ministru Mizzi kienet fl-uffiċini taċ-Ċentru Tekniku fejn sab lid-Direttur Tekniku, Robert Gatt  u l-Operations Manager, Jesmond Abela, li laqqgħuh mal-impjegati u kowċis kollha fi ħdan iċ-Ċentru.

 

Il-Ministru Konrad Mizzi feraħ lill-impjegati kollha u lill-Malta Football Association tal-ħidma kbira fis-settur sportiv u tenna s-sodisfazzjon tiegħu f’isem il-Gvern għall-investimenti mportanti li l-Assoċjazzjoni qiegħda tagħmel. 

Official Sponsors
Commercial Partners