Malta Football Association
NEWS:
Felix Brych fir-Referees’ Winter Seminar
Feb 11, 2016
Posted in:
General
Referees News
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

 

Felix Brych, ir-referee internazzjonali Ġermaniż, kien il-mistieden tar-Referees’Winter Seminar li kien organizzat mid-Dipartiment tar-Referees tal-MFA bejn id-9 u l-10 ta’ Frar. Is-seminar sar fis-sala tac-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

 

Is-seminar fetaħ it-Tlieta 9 ta’ Frar bl-introduzzjoni ta’ Adrian Casha, Direttur tar-Refereeing tal-MFA u immedjatament wara, Dr Felix Brych, indirizza lil dawk kollha li kienu preżenti fis-sala.

 

Fis-7.30pm, Stephen Azzopardi, wieħed mill-kowċis lokali ta’ esperjenza kbira, indirizza lil dawk preżenti u ffoka l-aktar fuq kif kif iħares lejn referee minn perspettiva ta’ kowċ.

 

L-Erbgħa 10 ta’ Frar, is-seminar tkompla fit-8.30am b’sessjoni fuq in-nutrizzjoni minn Dorianne Caruana Bonnici, speċjalista fin-nuttrizzjoni tal-futbol.

 

Is-Sur Ronald Zammit, kowċ tal-fiżika tar-referees, kompla b’sessjoni oħra fuq il-forma fiżika tar-referees.

 

Is-seminar ingħalaq bl-aħħar kelliem li reġa’ kien Adrian Casha, Direttur tar-Refereeing tal-MFA.


Official Sponsors
Commercial Partners