Malta Football Association
NEWS:
Clayton Pisani jirbaħ l-unur tal-Uffiċjal tas-Sena
Feb 16, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

Clayton Pisani, ir-referee internazzjonali Malti fuq il-Panel tal-FIFA, rebaħ l-unur tal-Uffiċjal tas-Sena, fis-serata tal-Isportivi tas-Sena li saret is-Sibt 14 ta’ Frar 2016.

 

Pisani temm fl-ewwel post mill-uffiċjali kollha li waslu sal-finali u li kienu; Joe Caruana Curran mill-ASA, lil Jesmond Caruana mill-Weightlifting Malta, lil Joseph Muscat mill-MBA u lil Johan Pace mill-ASMK.

 

Fl-istess serata, Silvio Vella, kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, kien finalist fil-kategorija Kowċ tas-Sena u spiċċa fit-tieni post wara Karl Izzo, il-kowċ nazzjonali tat-tim tal-waterpolo. Il-kumplament tal-finalisti f’din il-kategoriji kienu Albert Chun tal-Ġinnastika, Jesmond Giordimaina tal-Lotta u Rickard Volegesang tat-Ten Pin Bowling.


Official Sponsors
Commercial Partners