Archives

Luca Pagani mistieden minn OPTA

Published: 16-02-2016 11:25
image1 (102)
image2 (33)
 Luca Pagani, il-preparatur atletiku tat-tim nazzjonali Malti, kien il-mistieden tal-OPTA, biex jieħu sehem f’forum tal-Optapro Analytics li sar f’Londra. Dan il-forum sar fl-10 ta’ Frar fl-universita’ ta’ Senate House Birkbeck u għalih kienu mistiedna diversi esperti li janalizzaw il-partita. F’dan il-forum kienu mistiedna l-analisti tal-partiti ta’ klabbs ta’ Barcellona, Manchester United, Arsenal, Milan, Roma u Chelsea, fost l-oħrajn. Il-Malta Football Association kienet l-unika Assoċjazzjoni preżenti għal dan il-forum.