Malta Football Association
NEWS:
“Determinati li nkabbru l-parteċipazzjoni u ntejbu l-immaġini tal-futbol” – Norman Saliba
Feb 19, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Joe Borg
Ritratti: Joe Borg

  • Ritratti: Joe Borg

 

“Determinati li nkabbru l-parteċipazzjoni u ntejbu l-immaġini tal-futbol. Irridu li kemm jista’ jkun nuru kemm dan l-isport hu sabiħ u li mhux l-aktar sport popolari f’Malta ta’ xejn. B’hekk qed naħdmu fuq dan il-proġett il-ġdid. Konvint li se nagħmlu suċċess.”

 

Hekk fetaħ il-konferenza stampa Norman Saliba, Kap tat-Taqsima Marketing tal-Malta Football Association, f’konferenza stampa li saret illum f’12.00pm, fis-Centenary Hall, Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.


 

F'din il-konferenza tkellmu wkoll Stephen Grima, Director of Coach Education, Joe Micallef, Segretarju tal-Youth Football Association u Cynthia Caruana, Marketing Manager ta’ McDonalds.

 

Saliba qal li l-pjani tal-MFA wara dan il-proġett ħarġu wara li l-MFA ipparteċipat fi proġett pilota li għamlet il-UEFA ma’ sitt assoċjazzjonijiet tal-futbol madwar l-Ewropa liema proġett pilota għandu l-għan li jtejjeb l-immaġini tal-futbol, li tikber il-parteċipazzjoni, jikber il-Fan Engagment tal-assoċjazzjoniijet, jiżdied id-dħul finanzjraju mill-attivitajiet sekondarji relatati mal-futbol u jintlaħqu t-tragwardi stabbiliti sas-sena 2020. Il-Mcdonalds FOOTBALLPLUS For Kids huwa wieħed mil-proġetti fil-pjani li stabbiliet l-MFA biex tilħaq dawn it-tragwardi.

 

Stephen Grima u Joe Micallef komplew fuq dak li qal Norman Saliba billi spjegaw f’aktar dettal kif iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA qed ifassal programmi kemm biex jintaħqu l-miri f’dik li hija parteċipazzjoni kif ukoll fl-aspett edukattiv tal-futbol, kemm fil-qasam tal-kowċing kif ukoll fl-edukazzjoni tal-ġenituri. Min-naħa tiegħu Micallef qal illi l-YFA se jidħlu u jipparteċipaw bi sħiħ f’dan il-proġett li se jinvolvi fih aktar minn 1000 tifel u tifla ta’ taħt il-11-il sena, u li ser joffri aktar milli t-tfal ikollhom l-opportunita’ li jilgħabu il-futbol. Dan ghaliex f’dawn il-festivals ser jintlaqtu wkoll l-aspetti edukattivi u soċjali fl-iżvilupp tat-tfal tagħna.

 

Cynthia Caruana, f’isem McDonalds, minbarra li tat dettalji dwar il-Kampanja tal-Player Escort li twassal sabiex żewġt itfal Maltin jagħmluha ta' Player Escorts waqt il-Finali tal-EURO 2016,qalet li l-kumpanija tagħhom iddeċidiet li tappoġġja dan il-programm tal-grassroots tal-MFA bħala parti mill-Corporate Social Responsability li huma jinvestu fihom minn żmien għal żmien.

 

“Il-programm tal-grassroots se jinkorpora fih il-kampanja tal-McDonalds Player Escort fejn żewġt it-tfal ta’ bejn is-6 u l-10 snin se jingħataw ċans li jmorru għal esperjenza mill-isbaħ f’Pariġi. Grazzi wkoll għall-UEFA, żewġt itfal se jinħaru bħala ‘Player Escorts’ fis-semifinali tal-EURO 2016 f’Lyon u l-finali ta’ Pariġi,” qalet Caruana.

 

Intant, l-ewwel attivita’ ‘FootballPlus for Kids’ issir il-Ħadd 21 ta’ Frar mid-9.30am ’il quddiem, fil-grawnd tal-futbol ta’ Mġarr United FC.

Official Sponsors
Commercial Partners