Archives

Roma Caput Mundi – L-10 edizzjoni

Published: 26-02-2016 11:50
image1 (102)
image2 (33)
 It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena se jerġa’ jipparteċipa fit-tournament Roma Caput Mundi li se jsir f’Lazio, Ruma, bejn it-28 ta’ Frar u l-5 ta’ Marzu. Din se tkun l-10 edizzjoni ta’ dan it-tournament. It-tim nazzjonali Malti jħalli pajjiżna l-Ħadd li ġej 11.30am f’titjira diretta lejn Ruma u jiġi lura s-Sibt 5 ta’ Marzu għal ħabta ta’ 12.00pm u f’dan it-tournament se jilgħab kontra l-Albanija, C.R. Lazio u Wales.  L-ewwel partita kontra l-Albanija tintlagħab it-Tnejn 29 ta’ Frar fl-Andrea Caslini Stadium u tibda fit-3.00pm. It-tieni partita tintlagħab it-Tlieta l-1 ta’ Marzu kontra C.R. Lazio fir-Roberto Abbafati Stadium u tibda fit-3.00pm. It-tielet partita tintlagħab il-Ħamis 3 ta’ Marzu f’Le Rose Stadium u tibda fit-3.00pm. Il-finali tintlagħab il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu fl-Anco Marzio Stadium u tibda fl-10.30am. Il-Kap tad-Delegazzjoni Malti għal dan it-tournament se jkun is-Sur Stephen Abela, Membru tal-Kunsill tal-MFA f’isem Hibernians FC. L-iskwadra ta’ 18-il plejer li sejjaħ il-kowċ Wayne Attard għal dan it-tournament hi din: Gowlkipers – Jacob Chircop St. John (Pieta’ Hotspurs FC), Andrea Vella (Qormi FC) Difensuri – Nick Ghio (Pieta’ Hotspurs FC), Gavin Shranz (Melita FC), Justin Vella (Sliema Wanderers FC), Kurt Shaw Midfielders – Myles Beerman (Manchester City FC), Kyle Gatt (Mosta FC), James Scicluna (Pieta’ Hotspurs FC), Gianluca Sultana (Vittoriosa Stars FC), Kieran Xuereb (Hibernians FC), David Xuereb (Hibernians FC), Jamie Zerafa (Balzan FC), Jan Busuttil Attakkanti – Zachary Brincat (Mosta FC), Omar Elouni (Sliema Wanderers FC), Russel Fenech (Valletta FC), Paul Lapira (Balzan FC) L-istaff tekniku sħiħ tal-iskwadra nazzjonali hu: Jesmond Abela – Team ManagerPeter Pullicino – Assistant CoachCharles Sciberras – Goalkeepers’ CoachDaniel McKean – TabibLuke Busuttil Leaver – PhysiotherpistAaron Ancilleri – MasseurPaul Schembri – Kit Manager