Malta Football Association
NEWS:
Il-klabbs viċin li jaqblu mal-proposta tal-14-il tim fil-Premier
Mar 8, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 

Jidher biċ-ċar li l-klabbs u l-membri tal-Kunsill tal-Malta Football Association jinsabu viċin li jilħqu ftehim bejniethom u jivvutaw favur proposta li tibdel b’fuq quddiemnett il-format tal-Kampjonat BOV Premier. Din se tkun tikkonsisti li l-ogħla kampjonat ta’ pajjiżna jintlagħab b’14-il tim u żewġ rawnds, li jfissru 26 partita kull staġun.


 

Dan kollu qalu Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, f’konferenza stampa li ssejħet dalgħodu u li saret fis-Centenary Hall tas-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

 

Il-President tal-MFA qal li d-diskussjonijiet għal din il-proposta ilhom isiru mis-27 ta’ Lulju 2015, imbagħad wara saru laqgħat oħra fis-16 ta’ Novembru 2015, 18 ta’ Novembru 2015 u 18 ta’ Frar 2016. Il-proposta kienet preżentata lill-klabbs kollha fl-1 ta’ Marzu 2016 u proprju llum saret konferenza stampa lill-media lokali.

 

Fost ħafna temi, ġew diskussi:

-          Biex tiżdied il-‘fan base’

-          Biex jiżdied id-dħul

-          Biex jinbidel il-format tal-kampjonat u l-kalendarju tal-MFA

-          Jinbidel il-mod ta’ kif jitqassmu l-fondi tal-gate money

 

L-aktar issues maġġuri li ġew diskussi kienu:

-          Is-season ticket

-          Il-prezz tas-season ticket

-          Il-prezz tal-match day ticket

-          Il-bejjiegħa tal-biljetti

-          Il-format tal-Kampjonat BOV Premier

-          Kif jitqassmu l-flus tal-gate money

 

“Fuq dawn il-punti kollha, jidher li kien hemm qbil, iżda għadu xejn mhu ċert. Trid tiddeċiedi kollox il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA,” qal Darmanin Demajo.

 

Fuq l-istaġun li ġej il-klabbs qablu li

-          Jibdew jinħarġu s-season tickets

-          Li s-season ticket ikun validu għall-partiti kollha tal-Kampjonat u l-FA Trophy

-          Li s-season ticket jista’ jinxtara u jitqassam lil kulħadd biex jidħol fl-istadium

-          Li s-season ticket jinbiegħ biss mill-klabbs tal-BOV Premier

-          Id-dħul imur f’poole li l-flus tagħha jitqassmu bejn il-klabbs kollha fl-aħħar tal-istaġun wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-venue

 

Il-prezz tas-season ticket li kien hemm l-ewwel diskussjoni fuqu hu ta’ 230 euro u li għalissa mhux se jkun hemm bejgħ ta’ VIP Season Tickets.

Match Day ticket jibda jiswa bejn 10 euro u 12–il euro u Match Day ticket bil-Karta Anzjan jibda jiswa 5 euro.

In-nurseries and family stand jibqa’ jiftaħ b’mod normali u se jitwaqfu il-complimentary tickets li toħroġ l-MFA mingħajr ħlas.

 

B’hekk, il-Kampjonat BOV Premier jista’ jiġi hekk:

-          14-il tim

-          Żewġ rawnds

-          Mingħajr tnaqqis ta’ punti

-          Seba’ partiti fil-ġimgħa, waħda l-Ġimgħa u tnejn is-Sibt u tnejn il-Ħadd

-          Fuq tlieta jew erba’ stadium, L-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Hibernians Stadium, Victor Tedesco Stadium u jista’ jkun fis-Centenary Stadium, f’każ ta’ urġenza.

-          Il-Kampjonat isir minn Settembru sa April jew minn Awwissu sa Mejju

 

Il-kalkolu finanzjarju ta’ persuna f’każ li tixtri season ticket hu dan:

-          Jekk persuna tmur l-istadium fi tliet match days kull weekend, partita tiġi tiswa’ 2.95 euro

-          Jekk persuna tmur l-istadium f’żewġ match days kull weekend, partita tiġi tiswa 4.42 euro

-          Jekk persuna tmur l-istadium f’match day waħda kull weekend, partita tiġiġ tiswa 8.84 euro

 

Il-President tal-MFA qal li jekk din ir-riforma tgħaddi u tidħol fis-seħħ, il-klabbs kollha se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn aktar minn miljun ewro bejniethom.

Official Sponsors
Commercial Partners