Malta Football Association
NEWS:
‘Gowl’, il-ħames edizzjoni tal-inċiklopedija
Mar 8, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar

 

‘Gowl’, l-inċiklopedija li qiegħda tinkiteb minn Carmel Baldacchino, ġiet ippreżentata l-ħames edizzjoni tagħha lill-Kamra tal-Kunsill tal-Malta Football Association, illum wara nofsinhar.

 

Baldacchino preżenta din l-inċiklopedija lil Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, qabel ma beda l-Kunsill tal-MFA. Dan tal-lum kien il-ħames volum ta’ din l-inċiklopedija.

 

Darmanin Demajo, faħħar ix-xogħol ta’ Baldacchino:

 

“Irrid nirringrazzja lil Carmel tax-xogħol tiegħu. Grazzi għad-dedikazzjoni u l-paċenzja tiegħek. Irid ikun xi ħadd bħalek biex jikteb dawn il-volumi ta' kotba. Jien kburi bik u ninsab ċert li kulħadd f'din il-Kamra jaħsiba bħali. Nappella lil kull min hu dilettant tal-futbol biex ikollu kopja ta' din l-inċiklopedija," qal il-President tal-MFA.


Official Sponsors
Commercial Partners