


It-tim nazzjonali Malti tan-nisa, illum wara nofsinhar, iħalli pajjiżna f'titjira diretta lejn Larnaka, Ċipru, fejn minn għada l-Ħamis se jkun qed jipparteċipa fit-tieni edizzjoni tal-Aphrodite Cup.
L-ewwel partita tat-tim nazzjonali tintlagħab għada f'12.00pm kontra l-Israel. It-tieni partita tintlagħab il-Ġimgħa fl-10.00am kontra l-LItwanja, imbagħad il-Ħadd fl-10.00am kontra l-Estonja u l-aħħar partita tkun it-Tlieta f'12.00pm kontra Ċipru.
L-erba' partiti tat-tim nazzjonali Malti se jintlagħbu fil-Parekklisia Pitch.
It-tim nazzjonali jidħol lura pajjiżna l-Erbgħa 16 ta' Marzu 2016.
Gowlkipers– Janice Xuereb (Birkirkara FC), Rachelle Lynn Borg (Mgarr FC)
Difensuri– Stephania Farrugia (Birkirkara FC), Anne Marie Said (Luxol Raiders FC), Alishia Sultana (Birkirkara FC), Yasmeen Vella (Birkirkara FC), Gabriella Zahra (Birkirkara FC), Charlene Zammit (Hibernians FC), Shona Zammit (Hibernians FC)
Midfielders– Brenda Borg (Mgarr FC), Ylenia Carabott (Hibernians FC), Rachael Cuschieri (Apollon Ladies FC), Jade Flask (Hibernians FC), Kimberly Parnis (Birkirkara FC), Dorianne Theuma (Hibernians FC), Emma Xuereb (Luxol Raiders FC)
Attakkanti– Kelly Grace Agius (Birkirkara FC), Martina Borg (Hibernians FC)
Kowċ– Mark Gatt
Assistant Kowċ– Framk Schembri
Direttur Tekniku– Pierre Brincat
Goalkeepers Kowċ– Roger Camilleri
Tabib– John Zammit Montebello
Fiżjoterapista– Jade Portelli
Kit Manager– Jacqueline Ellul Soler
Kap tad-Delegazzjoni u Membru tal-Kunsill– Arthur Borg
