Malta Football Association
NEWS:
Stqarrija - Adrian Casha jirriżenja
Mar 11, 2016
Posted in:
General
Referees News

 

Permezz ta’ din l-istqarrija, il-Malta Football Association tavża li d-Direttur tar-Refereeing tal-MFA, is-sur Adrian Casha, illum waqt laqgħa li kellu ma’ Norman Darmanin Demajo, il-President tal-MFA, ta r-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ Direttur tar-Refereeing b’effett immedjat.

 

L-MFA tagħmilha ċara li fl-ebda ħin is-sur Casha ma kien is-suġġett ta’ investigazzjoni dwar użu illeċitu ta’ fondi tal-MFA, u anzi l-MFA tirrikonoxxi li s-sur Casha aġixxa dejjem b’integrita’ personali sħiħa u li dejjem ġab l-interessi tas-settur tar-Refereeing Malti qabel kull ħaġa oħra.

 

Il-President u l-kumplament tal-MFA jirringrazzjaw lis-sur Casha tax-xogħol fejjiedi li għamel fiħdanl-Assoċjazzjoniu jirrikonoxxu li taħt is-sur Casha,is-settur tar-Refereeing għamel avvanzi kbar.

 

L-MFA tawgura lis-sur Casha kull suċċess għall-futur.

 

L-ittra tar-riżenja tas-Sur Casha tinsab annessa hawn.


Official Sponsors
Commercial Partners