Malta Football Association
NEWS:
Stqarrija - Kevin Azzopardi Direttur tar-Refereeing sal-aħħar tal-istaġun
Mar 11, 2016
Posted in:
General
Referees News

 

Permezz ta’ din l-istqarrija, il-Malta Football Association qiegħda tavża li b’effett immedjat u sal-aħħar tal-istaġun kurrenti, il-pożizzjoni ta’ Direttur tar-Refereeing tal-MFA, li ġiet vakata ftit tal-ħin ilu mis-sur Adrian Casha, se tkun okkupata mis-sur Kevin Azzopardi.

 

Is-sur Azzopardi hu eks-referee, b’karriera ta’ 18-il sena, li fiha serva bħala FIFA referee fis-sena 2013, u kkontrolla 114-il partita fil-BOV Premier League bejn l-istaġuni 2004/05 u l-2012/13.

 

F’dawn l-aħħar żewġ staġuni, hu kien qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Amministratur fi ħdan id-Dipartiment tar-Refereeing tal-MFA u Match Observer.

 

Il-Malta Football Association tawgura lis-sur Azzopardi kull suċċess fil-kariga l-ġdida tiegħu.


Official Sponsors
Commercial Partners