Archives

Darmanin Demajo mistieden tal-Argument u Replay

Published: 19-03-2016 10:35
image1 (102)
 Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, se jkun il-mistieden speċjali tat-tnejn mill-programmi ewlenien ta’ għada l-Ħadd 20 ta' Marzu fuq il-futbol Malti; l-Argument fuq ONE TV u Replay fuq NET TV. L-Argument jibda fis-5.50pm u Replay jibda fid-9.35pm u t-temi prinċipali taż-żewġ programmi se tkun dwar il-proposta l-ġdida tal-14-il tim fil-Kampjonat BOV Premier u dak kollu li jorbot ma’ dan is-suġġett. Iż-żewġ xandiriet tal-programmi se jkunu diretti.